Tuesday, April 30, 2024

“Se ngħid lil kulħadd dwar Malta”

Robbie Williams

Aqra wkoll

“I’ll tell everybody about you Malta.” Dawn kienu kelmtejn ta’ għeluq tal-artist internazzjonali Robbie Williams lill-udjenza numeruża preżenti wara kunċert mużikali ta’ suċċess fuq il-Fosos tal-Floriana.

Għal dan il-kunċert attendew ’il fuq minn 20,000 persuna. L-artista Ingliż Robbie Williams ta spettaklu mill-isbaħ lil bosta Maltin u turisti li ġew jassistu għal dan il-kunċert bħala parti mit-tour li qed jagħmel bl-isem ta’ XXV. Dan biex jiċċelebra 25 sena ta’ suċċessi fil-karriera solista tiegħu.

Fuq il-palk armat huwa kanta kanzunetti mir-ripertorju b’saħħtu li għandu bi spettaklu animat anki bi grupp ta’ żeffiena u live band. Qabel Robbie Williams beda l-kunċert kien hemm is-sehem ta’ talent lokali, b’Red Electric u Shaun Farrugia wkoll janimaw lill-folla preżenti.

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo rrimarka kif dawn it-tip ta’ avvenimenti jkomplu jsaħħu l-offerta li joffri pajjiżna lid-dinja turistika.

Sport