Monday, May 13, 2024

Il-Karkariżi jistaqsu għalfejn il-każin tal-PN kien magħluq fl-aqwa perjodu tas-sena

Il-PN jikkjarifika li dan jinsab magħluq minħabba dak li hu sejjaħ "ristrutturar"

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bħalissa l-Każin tal-Partit Nazzjonalista f’Birkirkara jinsab magħluq, u ilu magħluq għal diversi ġimgħat, minħabba xogħol ta’ ristrutturar li għaddej fih. Wara dan ix-xogħol, il-Każin se jkun qed jiftaħ taħt management ġdid. Iddikjara dan ma’ Talk.mt id-Direttur tal-Komunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista James Aaron Ellul meta mitlub jikkonferma jekk kienx minnu li l-każin kien tħalla magħluq għall-festa ta’ Santa Liena.

Dan wara li f’ritratt imxerred mill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista li fih jidher ixejjer minn gallarija, dehret il-folla taħtu u l-imsemmi każin bil-bibien magħluqa waqt dik li tista’ titqies bħala l-opportunità biex min ikun qiegħed jieħu ħsieb il-post jinġabar finanzjarjament – ovjament minħabba l-influss qawwi ta’ persuni li jattendu.

Fir-ritratt waqt il-marċ tal-banda Duke of Connaughts Own nhar is-Sibt li għadda, Delia deher ixejjer lejn in-nies f’ritratt simili ħafna għal dak imxerred xi jiem qabel mill-Kap tal-partit Bernard Grech li deher ixejjer minn gallarija fil-Ħamrun. Din l-assimiljazzjoni li fl-aħħar mill-aħħar tista’ tkun kollha kumbinazzjonijiet, bosta kienu dawk li interpetawha bħala xhieda oħra tal-qasma fil-Partit Nazzjonalista, liema qasma rat fazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista juru nuqqas ta’ fiduċja fil-Kap tal-preżent anke minħabba l-mod ta’ kif Delia spiċċa sfiduċjat ftit xhur qabel prova elettorali li skonthom kellha sservi ta’ test iswed fuq l-abjad dwar it-tmexxija tiegħu.

Mhux biss saret il-bidla fil-Kap mingħajr l-ebda progress intern fil-partit tant li fl-aħħar prova elettorali spiċċa laqqat l-ikbar telfa elettorali, iżda fl-istess elezzjoni l-partitarji Nazzjonalisti komplew jikkonfermaw il-fiduċja tagħhom f’Delia li kiseb ammont sostanzjali ta’ voti.

Sport