Bħalissa l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’ħidma biex jikkontrollaw nirien li ħakmu gallinar fil-Ħamrun.
Kien għall-ħabta tas-6.15pm meta l-pulizija rċivew rapport li fi Triq Atocia l-Ħamrun kien hemm nirien. Kien għalhekk li fuq il-post intalbu jintervjenu l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.
S’issa mhux magħruf jekk fil-gallinar kienx hemm annimali u jekk iva dawn ġewx salvati.
Intant, bħalissa fuq il-post hemm tim mediku mill-Isptar Mater Dei li qegħdin jagħtu l-assistenza lil żewġ persuni li laqħu belgħu xi dħaħen.
Aktar dettalji kif jaslulna…