Monday, May 20, 2024

Premier League Ingliż: Draw bejn Man Utd u Tottenham

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Manchester United u Tottenham temmew fi draw ta’ 2-2 liema riżultat ma ssodisfa lil ħadd minħabba li fallew żewġ punti kull wieħed fl-objettivi tagħhom – ir-Red Devils biex iżommu t-tamiet tagħhom għaż-żona Ewropea filwaqt li Spurs biex jibqgħu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu.

Man U. v Tottenham – Manchester United ospitaw lil Tottenham u f’partita pjaċevoli spiċċaw fi draw ta’ 2-2.

Il-United kienu dejjem fil-vantaġġ bi Spurs dejjem jiġru wara r-riżultat.

L-iskorers ta’ Manchester United kienu Rasmus Hoj­lund (3) u Marcus Rashford (40) filwaqt li Richarlison (19) u Rodrigo Bentancur (46) wieġbu għal Spurs. 

Everton v Aston Villa – Aston Villa marru għand Everton u ma rnexxielhomx joħorġu rebbieħa meta ġew miżmuma fi draw ta’ mingħajr goals biex naqsu li jilħqu lil-leaders Liverpool bil-punti hekk kif dawn tal-aħħar għandhom diffe­renza ta’ goals aħjar.

Il-logħba kienet waħda mill-aktar kumbattuta biż-żewġ settijiet ta’ players ma jċedux pulzier, tant, li kien hemm perjodi li fihom kien hemm daħliet goffi u kellu jkun l-intervent tar-referee biex il-partita “kkalmat”.

Sport