F’idejn Charles Camilleri, Gamin De Source rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-Marsa. Din kienet il-finali tat-Tazza San Franġisk għal żwiemel tal-klassi Copper fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din il-finali għamlet parti mit-22 programm tas-sena fuq seba’ tiġrijiet kollha tat-trott.
Tnax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Copper. Grace De l’Isop (Rodney Gatt) kienet l-aktar b’saħħitha wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetħet vantaġġ żgħir minn Gaia Lucaxelo (Paul Galea) u Gamin De Source (Charles Camilleri). Din il-finali ħadet svolta oħra meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Minħabba li kien f’dak il-mument li d-debba ta’ Gatt bdiet tnaqqas mill-ġiri u eventwalment din it-tiġrija żviluppat f’taqtigħa bejn tlieta.
Kien Gamin De Source li qasam il-linja finali l-ewwel bi ftit minn Givre Nonantais (Cherise Farrugia) u Gaia Lucaxelo (Paul Galea). Grace De l’Isop kellha tikkuntenta bir-raba’ pożizzjoni. B’hekk Gamin de Source ħa t-tieni rebħa nfila.
Fi tmiem din il-finali, Fr Mario Attard, il-moħħ wara l-organizzazzjoni ta’ din il-kompetizzjoni, ippreżenta t-trofew u x-shield relatata ma’ dan il-kampjonat lil Paul u Michele Farrugia, is-sidien tar-rebbieħ Gamin De Source. Dan fil-preżenza wkoll tas-sewwieq Charles Camilleri.
Il-laqgħa inkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza maratona ta’ 3140m. Ħawnhekk, Gianluca Grech talab lil Baron De Majuag biex jibda jżid il-ġiri fuq in-naħħa ta’ barra matul l-aħħar 500m. Dan irnexxilu jieħu l-kmand u jaqsam il-linja finali l-ewwel b’vantaġġ ta’ tliet tulijiet minn Gross Weight (Noel Baldacchino) u Vangiskan Scott (Anton Cassar). Crack Du Tillet (Andrew Farrugia) temm warajhom f’dik l-ordni. Għal Baron De Majuag dan kien l-ewwel suċċess tas-sena.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Fuego Du Granou (D. Baldacchino) Hin – 4.06.4” (1.18.5”) 2. Galeo Du Portugal (K. Axisa) 3. Fakir Piya (R. Gatt) 4. Follow Vet (C. Camilleri)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. French Arctic (N. Baldacchino) Ħin – 4.03” (1.17.4”) 2. Gipsy De Granou (S. Vella) 3. Galys Du Patural (Ch. Degiorgio) 4. Faon de La Vitard (J. Gafa’)
III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Estoc Nogentais (C. Camilleri) Ħin – 4.02.4” (1.17.2”) 2. Mind Your Face (D. Grima) 3. Dico Mona (C. Calleja) 4. Caporal De Larre (M. Debono)
IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Dak Oldack (D. Hili) Ħin – 4.05.4” (1.18.2”) 2. Asko Giant (P. Galea) 3. Diego Du Coudou (R. Gatt) 4. Bijou d’Aure (C. Camilleri)
V Tiġrija. Finali Tazza San Franġisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gamin De Source (C. Camilleri) Ħin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) 3. Gaia Lucaxelo (P. Galea) 4. Grace De L’Isop (R. Gatt)
VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Baron De Majuag (G.L. Grech) Ħin – 4.02.5” (1.17.2”) 2. Gross Weight (N. Baldacchino) 3. Vangiskan Scott (A. Cassar) 4. Crack Du Tillet (A. Farrugia)
VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Dollar Le Blanc (A. Farrugia) Ħin – 2. Enriko Ha (C. Vassallo) 3. Daldry de L’Ante (M. Debono) 4. Abricot Du Bugey (Ch. Vassallo)