Sunday, November 3, 2024

Ġanni u Luċija jibqgħu l-aktar żewġ ismijiet popolari Maltin is-sena l-oħra

Aqra wkoll

Matul l-2023 f’pajjiżna twieldu 4,204 trabi li ġew irreġistrati mir-Reġistru Pubbliku. Din tfisser żieda ta’ 226 tarbija fuq sena qabel.

Kienet l-Aġenzija tal-Identità li ħabbret dan fejn qalet li l-aktar li twieldu kienu subien b’2,162 filwaqt li bniet twieldu 2,042.

L-istqarrija tgħid li fost l-aktar ismijiet popolari għat-trabi kien hemm Matteo, Noah, Luca u Jack għas-subien, waqt li għal bniet l-ismijiet popolari kienu Emma, Valentina, Julia u Nina.

Bħas-sena ta’ qabel, l-aktar żewġ ismijiet popolari Maltin kienu Ġanni u Luċija.

Sport