Wednesday, July 24, 2024

Sven Goran Eriksson xtaq jikkowċja lil Liverpool

Aqra wkoll

Hekk kif il-kowċ veteran Sven Goran Eriksson żvela li għandu kanċer fi stadju avvanzat bit-tobba li tawh sena ħajja, f’intervista li kien qed jagħtu ma’ stazzjon sportiv Ingliż, hu qal li jħares b’nostalġija lejn il-karriera tiegħu ta’ kowċ u ma jiddispjaċih xejn minn dak li għamel.

Minkejja kollox, Eriksson żvela li missieru, li għadu mimli bl-għomor, hu partitarju kbir ta’ Liverpool. Min-naħa l-oħra, hu minn dejjem xtaq li jmexxi lir-Reds tul il-karriera tiegħu, xi ħaġa li ma rnexxielux jagħmilha.

Sadanittant qed tiġi studjata l-possibbilta’ li Eriksson jagħmel dan ma’ Liverpool Legends li hu tim magħmul minn plejers veterani tar-Reds. Dawn tal-aħħar huma lesti li jikkuntentawh f’mument daqshekk iebes f’ħajtu.

Ekonomija

Sport