Wednesday, July 24, 2024

Daniele De Rossi jinħatar coach ta’ Roma

Aqra wkoll

Roma kkonfermaw il-ħatra ta’ Daniele De Rossi biex jieħu post José Mourinho b’kuntratt sal-aħħar tal-istaġun. 

L-eks internazzjonali Taljan jirritorna mal-club tiegħu bħala coach hekk kif din se tkun it-tieni avventura tiegħu wara li huwa kien fir-responsabbiltá tat-team tas-Serie B, Spal, iżda tkeċċa wara 17-il partita wara li rebaħ tliet biss.  

De Rossi mexxa l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ, it-Tlieta wara nofsinhar. 

Il-club ta’ Roma ħareġ stqarrija uffiċjali li kienet tgħid:

“AS Roma għandhom pjaċir jikkonfermaw li Daniele De Rossi inħatar bħala l-coach ewlieni tal-ewwel skwadra sat-30 ta’ Ġunju 2024.

“Wara karriera ta’ 18-il sena jilgħab ma’ AS Roma, De Rossi se jirritorna d-dar bħala coach, bl-ewwel logħba tiegħu tkun il-partita li jmiss tas-Serie A, kontra Verona, is-Sibt filgħaxija fi Stadio Olimpico.

“Aħna kuntenti li nistgħu ngħaddu r-rwol maniġerjali f’idejn Daniele De Rossi, peress li nħossu li t-tmexxija u l-ambizzjoni li dejjem iddefinixxewlu jistgħu jkunu deċiżivi biex jintlaħqu l-għanijiet tat-team sal-aħħar tal-istaġun.”

Ekonomija

Sport