Wednesday, July 24, 2024

“Ma nemmnux f’din il-prattika… tmur kontra d-dinjità u l-privatezza tal-mara”

Tissokta d-diskussjoni dwar l-abbozz ta’ liġi li jikkriminalizza l-ittestjar tal-verġinità

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

  • il-Ministru Byron Camilleri

“Malta għal darba oħra qiegħda tkun forward looking f’dan il-qasam. Hija fost tal-ewwel b’leġiżlazzjoni bħal din.” Iddikjara dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri fil-winding up tad-diskussjoni parlamentari b’rabta mal-abbozz tal-liġi li jikkriminalizza l-ittestjar tal-verġinità.

Il-Ministru Camilleri stqarr li għalkemm isir f’ċertu pajjiżi oħra, dan it-test ma tantx wieħed jista’ jafda fuqu. “Nemmnu li din il-prattika m’għandhiex tkun. Hi potenzjalment ta’ ħsara u tmur totalment kontra d-dinjità u l-privatezza tal-mara. Dak li jgħodd għalina l-Maltin, jgħodd għal kulħadd li jgħix fostna,” huwa żied jgħid.

Il-Ministru Camilleri saħaq li jekk xi ħadd jazzarda jagħmel dan, se jsib il-liġi li hija pjuttost b’saħħitha fejn jekk isir rapport u mill-investigazzjonijiet li jsiru jirriżulta li jkun sar test tal-verġinità, jittieħdu l-passi kollha li hemm bżonn.

Huwa tenna wkoll li din kienet waħda mill-miżuri elenkati fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista Malta Flimkien, li se tkun qiegħda ssaħħaħ id-drittijiet tal-ugwaljanza u tagħti protezzjoni xierqa lil kull mara, hi x’inhi n-nazzjonalità, it-twemmin u l-kultura li ġejja minnha.

“Qed inkunu ċari. Lanqas f’każijiet fejn isir bil-kunsens. Aħna ma nemmnux f’din il-prattika. Nieħu pjaċir li f’dan il-Parlament hawn kunsens f’dan ir-rigward,” kompla jgħid il-Ministru Camilleri. “B’dan il-mod qed jintbagħtu żewġ messaġġi b’saħħithom – favur id-drittijiet tal-bniedem li ħadd m’għandu jiġi prattikat fuqu dan it-test u pass ieħor favur l-ugwaljanza u kontra l-abbuż sesswalii fuq in-nisa.”

Liġi li tassigura ambjent online sigur għall-utenti diġitali

Sadanittant, fil-Parlament beda jiġi diskuss l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-liġijiet dwar il-komunikazzjonijiet. Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri spjega li bl-emendi mressqa, l-awtorità regolatorja – l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni – qed tkompli ssaħħaħ is-suq tal-kummerċ elettroniku lokali. Huwa qal li l-għan ewlieni ta’ din il-leġiżlazzjoni hi li tassigura ambjent online aktar sigur għall-utenti diġitali.

Ekonomija

Sport