Friday, December 27, 2024

Garanzija ta’ pensjonijiet aħjar għall-pensjonanti kollha

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Taħt Gvern Laburista mmexxi minni l-garanzija hi li l-pensjonijiet se jibqgħu jogħlew b’aktar mill-COLA. Hekk ktibna fil-manifest Malta Flimkien. Hekk ktibna fil-liġijiet ta’ pajjiżna. Hekk se niktbu f’kull budget. Dik hija l-garanzija illi jagħti l-Gvern Laburista lill-pensjonanti kollha. Lill-pensjonanti tal-lum u ta’ għada wkoll. Pensjonijiet aħjar għall-pensjonanti kollha. U magħna tafu fejn qegħdin.”

Iddikjara dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela meta kien qed jindirizza attività politika f’Ħal Kirkop fejn saħaq li dak l-investiment fil-pensjonanti, dak l-investiment fin-nies qed isir fl-istess waqt li l-Gvern qed ikompli jtejjeb il-qagħda finanzjarja ta’ pajjiżna.

Dr Abela enfasizza li kulma nagħmlu, irid jibqa’ mmexxi ‘l quddiem mill-ħarsien tal-interess tal-ġid komuni, dak il-ġid li jitkattar biex minnu tgawdi s-soċjetà kollha. Qal ukoll li d-dibattitu serju li jrid ikun hemm huwa kif il-Partit Laburista jibqa’ jkun dak il-partit progressiv li jmexxi ‘l quddiem aġenda progressiva għal pajjiżna. Tenna li d-dibattitu jrid ikun ukoll dwar kif se jkomplu jissaħħu d-drittijiet tal-pensjonanti.

Ekonomija

Sport