B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-3:00 p.m nirien ħakmu garaxx li jintuża minn mekkanik fi Triq ix-xwieni fil-Marsa.

Immedjatament fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn minnufih bdew b’ħidma biex jikkontrollaw in-nirien.

Jidher li fil-garaxx kien hemm vettura li kienu qed isirulha xi xogħlijiet fost għodda oħra.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.