Monday, September 30, 2024

Il-Pulizija tabbanduna l-operazzjoni f’Marsaskala

... il-Pulizija ma ssib l-ebda ħjiel ta' suspett

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-diversi sezzjonijiet tal-Pulizija abbandunaw l-operazzjoni tagħhom fi Triq Sant Antnin f’Marsaskala.

Filwaqt li qiegħda tkellem lill-allegat vittma b’rabta mal-verżjoni tiegħu dwar dak li seħħ, ma kienx hemm persuni oħra li ssustanzjaw il-verżjoni tiegħu u minn tfittxija li saret fuq il-post l-pulizija ma sabet xejn suspettuż.

4:30 p.m: Rapport ta’ sparatura f’Marsaskala

Diversi uffiċjali fosthom Pulizija tad-distrett, dawk mit-Taqsima tar-Rapid Intervention Unit (RIU) u dawk tal-iSpecial Intervention Unit (SIU) assistew għal sejħa li saret aktar kmieni għall-ħabta tat-3:30 p.m fi Triq Sant Antnin f’Marsaskala.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li l-Pulizija daħlilha rapport ta’ persuna li allega li kien sema’ tir ta’ arma tan-nar fiż-żona wara allegat argument.

Minnufih fi ftit minuti fuq il-post waslu diversi uffiċjali li bdew minnufih bl-investigazzjonijiet tagħhom iżda s’issa jidher li l-Pulizija ma sabet xejn suspettuż skont kif rappurtat.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Talk.mt li l-Pulizija tieħu kull rapport b’serjetà kbira u għalhekk tintervjeni minnufih b’kull miżura ta’ prekawzjoni neċessarja. Għalkemm s’issa m’hemm l-ebda indikazzjoni ta’ dak li kien irrappurtat il-pulizija ma tħallix il-post qabel tkun eliminat kull forma ta’ dubju li jifforma parti mill-investigazzjonijiet tagħha.

Sport