Il-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate kellu kritika ħarxa lejn dawk il-persuni li bi kliemhom żebilħu jew aħjar waqqgħu għaċ-ċajt lid-difensur internazzjonali Ingliż Harry Maguire. Minkejja li l-Ingilterra rebħu 3-1 lill-Iskozja f’partita ta’ ħbiberija f’Hampden Park fi Glasgow, Maguire kien protagonist fin-negattiv meta wettaq awtogowl fis-67 minuta tal-partita.
Southgate qal li l-ebda plejer m’hu perfett u sikket lil dawk il-kritiċi li qalu li dan il-plejer mhux adattat għat-tim Ingliż.