Friday, September 25, 2026
Home Sport Kemm hi serja l-injury tal-Ġermaniż Kai Havertz li jilgħab ma’ Arsenal?

Kemm hi serja l-injury tal-Ġermaniż Kai Havertz li jilgħab ma’ Arsenal?

0
46

Arsenal jinsabu mħassbin dwar il-kundizzjoni ta’ Kai Havertz wara li l-attakkant kellu jinbidel wara biss 30 minuta fil-logħba tal-UEFA Nations League bejn il-Ġermanja u l-Olanda (1-1). 

Havertz kien magħżul minn Jurgen Klopp biex imexxi l-attakk Ġermaniż, iżda sofra injury wara tackle qawwija minn Quinten Timber, ħu Jurrien Timber, il-kollega ta’ Havertz ma’ Arsenal. Timber laqat lil Havertz fuq l-irkoppa bil-pinnijiet taż-żarbun u ngħata karta safra.

Għall-ewwel deher li l-problema kienet fl-irkoppa, iżda Havertz deher ukoll iżomm il-hamstring tiegħu waqt li kien mal-art. Dan qajjem aktar tħassib minħabba l-istorja tiegħu ta’ injuries. 

Fl-istaġun 2025–26 huwa tilef diversi xhur minħabba injury fl-irkoppa li kienet teħtieġ operazzjoni, filwaqt li fl-2025 kien għadda wkoll minn operazzjoni għal injury serja fil-hamstring.

Għad m’hemmx konferma uffiċjali dwar in-natura eżatta tal-injury. Arsenal għandhom aktar minn ġimagħtejn qabel jerġgħu jilagħbu fil-Premier League kontra Leeds United, fl-10 ta’ Ottubru, iżda injury serja tista’ żżomm lil Havertz barra għal diversi xhur.

Mikel Arteta għandu diversi alternattivi. Viktor Gyokeres jista’ jilgħab bħala attakkant, iżda kellu bidu diffiċli tal-istaġun u għadu ma skorjax. 

Għażla oħra hija Mikel Merino, li diġà lagħab bħala attakkant improvizzat għal Arsenal u Spanja. Madankollu, kollox jiddependi fuq ir-riżultati tat-testijiet mediċi li se jiddeterminaw kemm hi serja l-injury ta’ Havertz.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here