Thursday, December 26, 2024

Gareth Southgate jsejjaħ l-iskwadra Ingliża għall-UEFA Nations League

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali Ingliż, Gareth Southgate, għażel l-iskwadra Ingliża għal-logħbiet tal-UEFA Nations League, fix-xahar id-dieħel, kontra l-Ungerija, il-Ġermanja u l-Italja.

Il-winger ta’ West Ham, Jarrod Bowen, li kellu staġun impekkabbli ssejjaħ għall-ewwel darba fl-iskwadra. Huwa skorja 18-il goal u pprovda 13-il assist.

Iżda ż-żewġ players ta’ Liverpool, Jordan Henderson u Joe Gomes, kif ukoll dawk ta’ Manchester United, Jadon Sancho u Marcus Rashford, ma ntgħażlux.

Min-naħa l-oħra, issejjaħ id-difensur ta’ Manchester City, Kyle Walker, minkejja li ilu ma’ jilgħab minn April minħabba injury.

L-iskwadra kollha hija:

Goalkeepers: Jordan Pickford (Everton), Nick Pope (Burnley), Aaron Ramsdale (Arsenal)

Difensuri: Trent Alexander-Arnold (Liverpool), Conor Coady (Wolves), Marc Guehi (Crystal Palace), Reece James (Chelsea), James Justin (Leicester), Harry Maguire (Man Utd), John Stones (Man City), Fikayo Tomori (AC Milan), Kieran Trippier (Newcastle), Kyle Walker (Man City), Ben White (Arsenal)

Midfielders: Jude Bellingham (Borussia Dortmund), Conor Gallagher (Crystal Palace, on loan from Chelsea), Mason Mount (Chelsea), Kalvin Phillips (Leeds), Declan Rice (West Ham), James Ward-Prowse (Southampton)

Attakkanti: Tammy Abraham (Roma), Jarrod Bowen (West Ham), Phil Foden (Man City), Jack Grealish (Man City), Harry Kane (Tottenham), Bukayo Saka (Arsenal), Raheem Sterling (Man City)

Ekonomija

Sport