Monday, May 13, 2024

Gary Medel jingħaqad ma’ Vasco da Gama

Aqra wkoll

Id-difensur internazzjonali Ċilen Gary Medel ingħaqad ma’ Vasco da Gama fil-Brażil. L-eks plejer ta’ Boca Juniors, Cardiff City, Seville, Inter, Besiktas u Bologna jista’ jkun li se jilgħab l-aħħar staġun tiegħu hekk kif issa għandu 35 sena fejn qal li għadu qed itella’ u jniżżel x’għandu jagħmel.

Minkejja kollox, Medel jinsab iffukat sabiex jagħti l-aqwa tiegħu f’din l-ewwel esperjenza Brażiljana.

Medel hu kkunsidrat bħala difensur b’saħħtu u grintuż fejn lagħab 156 logħba mat-tim nazzjonali Ċilen filwaqt li skorja seba’ gowls.

Sport