Saturday, September 14, 2024

Gary Neville jisħaq li Man Utd m’għandhomx jippruvaw jaħtru lil Antonio Conte

Aqra wkoll

Il-leġġenda ta’ Manchester United Gary Neville saħaq li r-Red Devils m’għandhomx jippruvaw jaħtru lil Antonio Conte bħala sostitut tal-manager attwali Ole Gunnar Solskjaer.

Wara t-telfa demoralizzanti ta’ 5-0 ta’ Manchester United kontra Liverpool nhar il-Ħadd, kien hemm sejħiet imġedda biex Solskjaer jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fid-tmun tal-club.

Filwaqt li n-Norveġiż saħaq li mhux se jirriżenja mill-kariga tiegħu, l-ispekulazzjonijiet qed ikomplu jippersistu dwar alternattivi potenzjali fil-futur.

Minkejja li Conte huwa meqjus bħala wieħed mill-favoriti mal-bookmakers u l-partitarji, Neville ma jridx li l-ex klabb tiegħu jagħmel approċċ għat-Taljan.

Neville qal: “Lanqas Jose Mourinho li kien l-aħjar manager fid-dinja ma rnexxielu jwassal lil Manchester United għar-rebħ tal-kampjonat. Kieku jien ma nġibx lil Conte ma’ United. Mhuwiex tajjeb għal United. Jista’ jkun li qed niżbalja imma ma naħsibx li hu hekk.”

United jiffaċċjaw triple header kontra Tottenham Hotspur, Atalanta u Manchester City qabel il-waqfa internazzjonali.

Ekonomija

Sport