Wednesday, December 25, 2024

Gass tossiku li jpoġġi miljuni ta’ nies f’riskju fil-Lvant Nofsani

Aqra wkoll

Sustanzi tossiċi li jniġġsu kkaġunati waqt il-flaring tal-gass qed jipperikolaw is-saħħa u l-ħajja ta’ miljuni aktar ta’ nies fil-Lvant Nofsani milli kien qabel. Riċerka ġdida sabet li t-tniġġis qed jinfirex mijiet ta’ mili, u jaggrava l-kwalità tal-arja fir-reġjun kollu. Dan it-tniġġis qed iseħħ hekk kif nhar il-Ħamis jitlaqqa s-summit COP28 tan-NU dwar il-klima.

Analiżi li għamlu għall-BBC Arabic il-ġurnalisti Owen Pinnel u Sarah Ibrahim tissuġġerixxi li l-Flaring – il-ħruq tal-gass skartat waqt it-tħaffir taż-żejt – qed isir madwar il-Golf, inkluż mill-ospitanti tal-COP28 l-Emirati Għarab Magħquda.

L-Emirati Għarab Maqgħuda (UAE) kien ipprojbixxa l-flaring ta’ rutina 20 sena ilu, iżda immaġini bis-satellita juru li l-flaring qed ikompli, minkejja l-konsegwenzi potenzjali fuq is-saħħa għall-abitanti tagħha u dawk fil-pajjiżi ġirien.

l-analiżi turi b’mod ċar li l-gassijiet issa qed jinfirxu mijiet ta’ kilometri madwar ir-reġjun. It-tniġġis mill-bjar taż-żejt fl-Iraq, l-Iran u l-Kuwajt ġie analizzat ukoll bħala parti mill-istudju. 

Kumpaniji taż-żejt li jimmaniġġjaw is-siti, inklużi BP u Shell, fejn qed iseħħ il-flaring qalu li kienu qed jaħdmu biex inaqqsu dik il-prattika.

Nhar it-Tnejn, BBC News żvelat dokumenti li wrew kif l-UAE kienu ppjanaw li jużaw ir-rwol tagħhom bħala l-ospitanti ta’ taħditiet dwar il-klima tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) bħala opportunità biex jilħqu ftehimiet dwar iż-żejt u l-gass.

David R. Boyd, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent qal li s-sejbiet tal-BBC kienu inkwetanti ħafna. Kumpaniji kbar taż-żejt u stati fil-Lvant Nofsani qed jiksru d-drittijiet tal-bniedem ta’ miljuni ta’ nies billi jonqsu milli jindirizzaw it-tniġġis tal-arja minn karburanti fossili.

Minkejja t-tbatija kbira tal-bniedem, il-Big Oil u l-petrostates qed ikomplu bin-negozju bħas-soltu b’impunità totali u bla ebda responsabbiltà.

Esperti jisħqu li l-flaring jista’ jiġi evitat u l-gass jista’ jinqabad u jintuża biex jiġġenera l-elettriku jew issaħħan djar. 

Is-sustanzi li jniġġsu mill-flaring jinkludu PM2.5, l-Ożonu, NO2, u benzopyrene li f’livelli għoljin jew espożizzjoni kontinwa ġew marbuta ma’ puplesiji, kanċer, ażma u mard tal-qalb skont esperti internazzjonali inkluża l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Il-flaring globali huwa wkoll sors ewlieni tal-gassijiet serra CO2 u metanu li jsaħħnu l-pjaneta.

Għoxrin sena ilu, il-kumpanija taż-żejt nazzjonali tal-UAE, Adnoc – immexxija mill-president tas-summit dwar il-klima COP28 ta ‘din is-sena, Sultan al-Jaber – impenjat li ttemm il-“flaring ta’ rutina”. Madankollu valutazzjoni tal-immaġini bis-satellita turi li qed isseħħ kuljum f’siti offshore. L-UAE hija waħda mill-akbar sorsi ta ‘żejt għas-suq tar-Renju Unit.

Ekonomija

Sport