Friday, May 3, 2024

Ġawhriet Moħbija fil-Knisja ta’ San Lawrenz fil-Birgu fi tmiem il-ġimgħa

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li ġej se titnieda inizjattiva interessanti fil-Birgu bl-isem ta’ Ġawhriet Moħbija fil-Knisja ta’ San Lawrenz. F’dawn iż-żjajjar wieħed jista’ jżur il-Kumpless tal-Knisja ta’ San Lawrenz, il-Birgu. Wieħed jista’ jżur l-Awla Kapitulari, il-Mużew tal-Parroċċa, l-Oratorju tal-Kurċifiss, Kripti u l-Kampnar tal-Knisja.

Bla dubju li din il-wirja se tgħaqqad flimkien ir-Reliġjon, l-Istorja u l-Kultura. Il-wirja se tiftaħ minn nhar il-Ġimgħa, 26, is-Sibt, 27 u l-Ħadd, 28 t’April 2024 mill-10 ta’ filgħodu sas-7.30 ta’ filgħaxija. 

Dan il-ġurnal tkellem mal-Arċipriet Dun Karm Busuttil fejn tana aktar dettalji dwar x’wieħed jistenna minn dan l-avveniment.

“Bla dubju li dawk li se jżuruna se jgħaddu minn esperjenza li jibqgħu jiftakru billi se jieħdu gost iżuru postijiet li normalment ikunu magħluqin. Wieħed se jesperjenza r-Reliġjon u l-aspetti stori

ċi u kulturali tal-Kumpless tal-Knisja Konventwali ta’ San Lawrenz, il-Birgu.”
Dun Karm qalilna li ħafna huma dawk li ma jafux dwar ir-rikkezzi li hemm moħbija bejn il- ħitan tal-postijiet madwar il-knisja ta’ San Lawrenz. 

Tajjeb li wieħed jgħid li l-Knisja hija waħda mill-eqdem Parrocci ta’ Malta. Fil-fatt hi kienet mwaqqfa , flimkien ma dik tal-Imdina, mill-Konti Ruggieru, meta dan kien ġie Malta . Il-Knisja ta’ San Lawrenz hi l-ewwel Knisja Konventwali tal-Kavallieri ta’ Malta, mal-wasla taghhom f’Malta fl-1530.

“Il-viżitaturi jistgħu jżuru fost l-oħrajn l-Awla Kapitulari fejn hemm il-Palma Vecchio, il-Kurcifiss tal-Kavallieri, ħafna manuskriti antiki.

Hemm ukoll l-Oratorju tal- Kurċifiss fejn jinżammu l-istatwi uniċi tal-Ġimgħa l-Kbira, maghrufa ghall-ilbies viżtuż li għadhom.

Dun Karm semmielna wkoll l-Oratorju ta’ San Ġużepp fejn hemm il-Mużew tal-Parroċċa.
Il-Kappella Bizantina li bnew in-nies minn Rodi li ġew mal-Kavallieri fl-1530, fejn tinsab ix-Xabla ta’ La Valletta li uza waqt l-Assedju l-Kbir tal-1565.

Fl-istess waqt hemm ukoll il-kripti li jinsabu taħt il-Knisja ta’ San Lawrenz, fejn fost affarijiet ohra wieħed jista’ jara l-ewwel ġebla tal-Knisja.

Attrazzjoni ferm sabiħa hu l-kampnar tal-knisja li minn fuqu wieħed jista jammira veduta sabiħa tal-Port l-Kbir w aktar.

Dawk li jżuru din il-wirja se jkollhom l-opportunita li jsegwu l-gwidi li se jkunu qed jagħtu informazzjoni fuq id-diversi affarijiet eżebiti. Se jkun hemm programm ta’ attivitajiet matul tmiem il-ġimgħa li jinkludi ‘enactments’, daqq ta’ l-orgni, kunċert minn kor, attivitajiet għat-tfal, u dokumentarji li għandhom jaghmlu dawn it-tlett ijiem okkazżjoni sabiħa u memorabbli.

Dun Karm Busuttil qalilna li d-dħul għal dawn l-attivitajiet hi donazzjoni ta’ ħames ewro filwaqt li t-tfal ta’ taħt il-15-il sena jidħlu b’xejn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport