Tuesday, December 24, 2024

Gaza tirringrazzja liż-żgħażagħ li pprotestaw fl-Università tal-Istati Uniti

Aqra wkoll

Folla ta’ nies fit-Tramuntana ta’ Gaza inġabru biex jesprimu l-gratitudni tagħhom, lill-istudenti fil-kampus tal-kulleġġi tal-Istati Uniti li ftit tal-jiem ilu, kienu qed jipprotestaw kontra l-gwerra f’Gaża.

Bosta tobba, infermiera u dawk li jaħdmu fl-Isptarijiet f’Gaza wasslu messaġġ, li l-qtil tat-tfal għandu jieqaf, li l-pajjiż irid ikompli jiġġieled għal ġustizzja u li l-poplu jrid ikun magħqud kontra l-ġenoċidju.

F’kumment li ta lill-midja internazzjonali, it-tabib Dr Saad Abu Sharban qal japrezza l-protesta li saret fl-Università fl-Istati Uniti għaleix dan ifisser li l-bnedmin jafu x’qed jġri fil-medda ta’ Gaza bħalissa.

Il-Palestinjani f’Gaza ilhom diversi jiem juru appoġġ għad-dimostranti Amerikani. F’diversi kampijiet tar-refuġjati fil-Palestinjana, bosta tfal kellhom irringrazzjaw lil kulħadd tas-solidarjetà li qegħdin juru.

L-apprezzament pubbliku min-nies f’Gaża ġej fost il-kontroversja li qed tikber fl-Istati Uniti dwar id-dimostrazzjonijiet tal-kampus, li nfirxu madwar il-pajjiż fl-aħħar ġimgħat fost tensjonijiet dejjem jiżdiedu dwar il-gwerra ta’ Iżrael fuq il-Ħamas.

Il-protesti fl-Istati Uniti huma mmirati biex jitolbu għat-tmiem tal-attakk devastanti tal-Iżrael fil-Palestina, li sa ssa skont il-Ministeru tas-Saħħa fl-pajjiż, inqatlu iktar minn 34,000 ruħ.

Ekonomija

Sport