Wednesday, July 24, 2024

“Ġejna sew issa … Joseph biss ma jistax jitkellem”

- Michelle Muscat

Aqra wkoll

“Ġejna sew issa … Joseph biss ma jistax jitkellem”. Hekk kitbet Michelle Muscat, mart l-eks Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu fuq il-profil tagħha tal-midja soċjali.

Qalet li “f’pajjiż fejn niftaħru bil-valuri Ewropej u kulħadd jista’ jeżerċità l-libertà tal-kelma, l-avukat ġenerali dehrilha li għandha ċċaħħad lil żewġi milli jitkellem”.

Hi tkompli tikteb li kulħadd jista’ jgħid u jivvinta li jrid, dwar l-inkjesta. “Jistgħu jagħmlu programmi u jivvintaw u jgħidu lil jridu… Ħadd ma ried jew ipprova jwaqqafhom … Joseph biss ma jistax jitkellem,” kompliet tikteb is-Sinjura Muscat filwaqt li staqsiet lil min qed idejjaq Joseph meta jitkellem?

Saħqet li issa la ma jistax jitkellemżdied il-gideb “saħansitra jiskandalizzaw ruħhom li jkompli jaħdem kemm Malta u kemm barra… Jiskandalizzaw ruħhom li nuqmu filgħodu u nkomplu naħdmu,” filwaqt li ddeskrivit dak li qiegħed jiġri bħala “stejjer isteriċi tajbin għal xi film.”

Hi temmet il-messaġġ tagħha billi rringrazzjat lil kulħadd tal-appoġġ li qegħdin jagħtu lil Joseph u lill-familja.

Ekonomija

Sport