Saturday, December 21, 2024

“Ġejt f’tal-PL u niġi f’Tal-PN għax jien għandi għal qalbi lill-poplu kollu”

Aqra wkoll

“Allavolja ma tfajtx in-nominazzjoni bħala Żaren tal-Ajkla, ħassejt li kelli nżur lil dawk li tefgħu n-nominazzjonijiet tagħhom”. Qal dan ma’ Talk.mt Nazzareno Bonnici f’reazzjoni miċ-Ċentru tal-Għadd tal-voti fin-Naxxar.

Bonnici qalilna li hu ħass li kellu jawgura personalment lil dawk kollha eletti f’isem il-Partit Laburista u joffri s-sapport tiegħu anke lil dawk li ma rnexxilhomx jiġu eletti f’din l-elezzjoni.

Huwa qalilna wkoll li bl-istess mod se jkun qiegħed iġib ruħu ma’ dawk tal-Partit Nazzjonalista t-Tlieta li ġej. Sostna li għalih il-poplu Malti u Għawdxi kollu huwa għal qalbu u għalhekk iħoss li hu fid-dmir tiegħu li jibqa’ attiv.

Mistoqsi dwar ir-riżultat tiegħu fl-elezzjoni ġenerali, Bonnici qalilna li kuntent bil-voti miksuba u li fiduċjuż li fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew se jkun qiegħed jikseb ammont ferm akbar ta’ voti.

Ekonomija

Sport