Friday, December 13, 2024

Ġenituri b’opinjonijiet imħallta dwar it-tilqim lit-tfal

Aqra wkoll

Mill-istħarriġ li sar mill-Uffiċċju ta’ Dr Joseph Muscat u Sagalytics joħroġ kuntrast interessanti fejn jirrigwarda it-tilqim fit-tfal.  Maġġoranza ta’ ġenituri  jidher li huma favur li tfal ta’ bejn 6 u 11-il sena jitlaqqmu. Fil-fatt kien hemm 66 fil-mija li esprimew ruħhom favur. Il-kuntrast ma’ dawk li wieġbu l-ġenituri dwar tilqim għal tfal ta’ bejn ftit xhur u ħames snin. F’dan il-każ, 32 fil-mija biss ta’ dawk li rrispondew iddikjaraw li lesti jlaqqmu lil uliedhom.

L-istħarriġ jgħid li “dawn il-figuri għandhom għadd ta’ implikazzjonijiet interessanti. L-ewwel nett, hemm xebħ  bejn dawk favur tilqim kull sena kontra l-Covid-19 u dawk favur li tittieħed it-tilqima kontra l-influwenza kull sena. Dan juri li l-popolazzjoni Maltija qiegħda dejjem aktar tara li l-pandemija qed issir bħala xi ħaġa normali ta’ kull sena. L-istħarriġ jgħid li dan jista’ jkun li hu ġej minħabba l-varjant Omicron, li għalkemm jittieħed aktar malajr, ir-rata ta’ imwiet kawżati minnu huma inqas. 

Ekonomija

Sport