Gennaro Gattuso żvela li ilu jiġġieled kontra marda awtoimmuni għal dawn l-aħħar 15-il sena.
L-eks player Taljan, li kien parti mill-iskwadra li rebħet it-Tazza tad-Dinja fl-2006, qal li ilu jieħu l-kortisone kuljum – mediċina sterojde li tnaqqas in-nefħa u tnaqqas l-attività żejda tas-sistema immunitarja – u ammetta li mhuwiex faċli jgħix b’din il-kundizzjoni.
Gattuso, li rtira fl-2013, spjega li hemm nies li jbatu mill-istess marda u jispiċċaw fis-sodda għal xhur sħaħ minħabba li ma jkunux jistgħu jiċċaqalqu.
Huwa qal li aċċetta s-sitwazzjoni u jkompli jaħdem biex jikkontrollaha.
Wara karriera ta’ player ma’ diversi clubs, Gattuso sar coach u mexxa bosta timijiet fosthom AC Milan, Napoli, Valencia u Marseille.
F’Ġunju li għadda nħatar coach ta’ Lazio.




