Wednesday, December 25, 2024

George Frendo huwa l-Enemed Player għax-xahar ta’ Diċembru

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ Ta’ Xbiex Futsal George Frendo hu r-rebbieħ tal-Enemed Plejer għax-xahar ta’ Diċembru.

Frendo għandu esperjenza vasta f’dan l-isport tant li ilu jipprattikah għal dawn l-aħħar 12-il sena.

Hu għandu 36 sena u fil-passat lagħab ukoll ma’ Sliema, Hibernians, Żejtun, Qormi, Luxol, Ħamrun, Msida u Valletta. Hu ngħaqad ma’ Ta’ Xbiex Futsal fil-bidu ta’ dan l-istaġun u mal-ewwel wera l-potenzjal tiegħu tant li qed ikun determinanti fir-riżultati pożittivi li qed ikollu t-tim.

Il-preżentazzjoni lil Frendo saret mill-kap eżekuttiv tal-Enemed l-Inġinier Philip Borg u l-president tal-FMA il-perit Mark Borg fejn apparti t-trofew, hu ngħata wkoll xi vouchers mingħand l-isponsors.

Ekonomija

Sport