Thursday, April 18, 2024

Ir-riħ mistenni jippersisti fil-jiem li ġejjin

Aqra wkoll

Sitwazzjoni li qed ikollhom iħabbtu wiċċhom magħha dawk li jaqsmu l-fliegu; l-aktar milqutin ikunu dawk l-Għawdxin li jaħdmu Malta, hi dik tal-baħar qawwi.

Dan seta’ jiġi nnutat ukoll ilbieraħ, hekk kif ir-riħ qawwi mill-Majjistral li laħħaq Forza sebgħa, ma għamilhiex daqstant faċli biex dawn jivjaġġaw.

Skont it-tbassir tal-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, il-qawwa tar-riħ matul is-sebat ijiem mistennija tkompli tvarja. 

Skont dan it-tbassir,  il-qawwa tar-riħ mistennija tkun l-anqas bejn is-Sibt u l-Ħadd u l-aktar il-Ħamis u t-Tnejn li ġej b’qawwa li tlaħħaq il-forza sitta.

Ekonomija

Sport