Il-midfielder internazzjonali Olandiż, Georginio Wijnaldum, stqarr li qed jitħabat biex jadatta lilu nnifsu ma’ Paris Saint-Germain wara t-trasferiment tas-sajf li għadda mingħand Liverpool.
Il-player ta’ 30 sena ried jibqa’ f’Anfield, iżda naqas milli jaqbel fuq termini dwar kuntratt ġdid. Huwa telaq minn Anfield bħala aġent ħieles.
Wijnaldum huwa wieħed mill-players li ngħaqdu bi free transfer. L-internazzjonali Olandiż żvela wkoll li kellu offerti minn Inter u Barcelona.
Madankollu, il-proġett ta‘ PSG – li kien jiffoka aktar fuq ir-rebħ taċ-Champions League – appella aktar għalih.
Iżda filwaqt li kien jaqsam l-istess ambizzjoni bħall-Pariġini, huwa għadu ‘l bogħod biex jikseb post regolari fit-team bħal dak li kien immexxi minn Jurgen Klopp.
Wijnadum lagħab fi tmienja minn disa’ logħbiet ta’ Ligue 1, iżda huwa temm biss żewġ logħbiet …. għax mill-bqija ġie utilizzat bħala sostitut.
Sadanittant fiċ-Champions League, huwa deher għal ftit inqas minn siegħa f’żewġ logħbiet.
“Ma nistax ngħid li jien kompletament kuntent,” qal Wijnaldum.