Sunday, December 22, 2024

Georgino Wijnaldum se jitlef it-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Wara l-injury serja li se żżomm lil Georginio Wijnaldum barra mil-logħob sa mill-inqas il-bidu tal-2023, Roma qed ifittxu sostitut għall-internazzjonali Olandiż ta’ nofs il-ground.

L-ismijiet li ġew imfassla għal dan is-settur ta’ José Mourinho huma diversi u mhux kollha huma konfermati: is-sostituti probabbli tal-eks player ta’ Liverpool jistgħu jinkludu lil Florian Grillitsch li jinsab bla club, Adrien Tameze ta’ Verona u l-Arġentin Leandro Paredes, li fuqu Juventus jidhru li għandhom vantaġġ ċar. L-aktar ipoteżi suġġerita hija dik li se ġġib, għal darb’oħra, lil Radja Nainggolan jilbes il-kuluri Giallorossi: il-midfielder Belġjan, li dwaru, iżda, s’issa m’hemmx konfermi, wasal biex jibda t-tieni staġun tiegħu fuq il-forza ta’ Antwerp. Ir-ritorn tiegħu jkun milqugħ ħafna mill-partitarji tal-club mill-Kapitali, li ilhom is-snin marbutin ma’ ‘Ninj

Ekonomija

Sport