Friday, April 19, 2024

UEFA Conference League: Hamrun Spartans eliminati bl-unuri

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Hamrun S. ……..3

Partizan B. ……..3

(Aggregate: Partizan B. 7-4)

Hamrun Spartans sfaw eliminati mill-UEFA Conference League meta fit-tieni leg tal-play-offs spiċ­ċaw fi draw ta’ 3-3 kontra Partizan Belgrade għal aggregate ta’ 7-4 favur is-Serbi.

Iżda huma ħarġu minn il-kompetizzjoni b’rashom mgħollija hekk kif kitbu l-istorja b’ittri tad-deheb.

L-Ispartans kellhom lil Steve Borg sospiz waqt li Juan Carlos Ciarbalan kien nieqes ukoll minħabba li kien ma jiflaħx.

Hamrun għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss żewġ minuti, Matthew Guillaumier kellu xutt b’saħ­ħtu minn tarf il-kaxxa li ġie mdawwar f’corner mill-goalkeeper Aleksandar Popovic.

Fit-22 minuta, Do­do, ittanta xortih permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa li ġie salvat minn Popovic mingħajr wisq diffikultá.

L-Ispartans komplew jid­dominaw u fis-26 minuta, Dodo għadda tajjeb lejn Moussa Balle Sowe li kellu x-xutt mill-ewwel tiegħu salvat għal darb’oħra minn Popovic.

Minuta biss wara, Hamrun meritatament fetħu l-iskor meta Matthew Guillaumier għadda pass intelliġenti u perfett lejn ROKO PRSA li mill-viċin ma ħafirx.

Iżda, fl-34 minuta, kontra x-xejra tal-logħob, Partizan kisbu d-draw meta Marko Zivkovic xeħet cross perikoluż bil-goalkeeper, Henry Bonello, ħareġ jip­panċja bil-ballun jaqa’  f’saqajn RICARDO GOMES li rnexxielu jillibera ruħu mill-avversari tiegħu u mill-viċin ma żbaljax.

Bil-pressjoni tkun kollha fuqhom, fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hamrun ħarġu fuq l-offensiva u fit-53 minuta, Elvis Mashike Sukisa, xeħet cross fil-baxx għan-nofs iżda ħadd mill-players sħabu ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun.

Fl-64 minuta, Dodo għall-Ispartans kellu xutt b’saħħtu iżda mhux preċiż minn barra l-kaxxa li ntemm għoli, bl-istses player seta’ faċilment għadda l-ballun lejn is-sostitut Jonny li kien jinsab f’pożizzjoni iktar ideali. 

Hamrun reġgħu ħolqu l-periklu fis-67 minuta meta Jonny għadda tajjeb lejn Mashike iżda pront kien il-goalkeeper tas-Serbi Popovic li hareg barra minn postu biex intercetta kull periklu.

Fit-72 minuta  Partizan irduppjaw meta SLOBODAN UROSEVIC wera aġilitá in­kredibbli u permezz ta’ xutt angolat għeleb lil Bonello.

Sitt minuti wara, huma kabbru l-vantaġġ meta Patrick Andrade xeħet fuq RICARDO GOMES li żmarkat għal kollox bir-ras iddepożita l-ballun fix-xibka.

Imbagħad Hamrun ingħataw żewġ penalties. L-ewwel wieħed wasal fil-81 minuta meta Kritiajn Be­lic mess il-ballun b’idu u ġie skor­jat minn VINICIUS FREITAS filwaqt li l-ieħor wasal fid-90 minuta meta Andrade waqqa’ lil Fernandes fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu MATTIA FEDELE li tefa’ l-ballun wara Popovic.

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 6-Matthew Guillaumier (20-Matteo Fedele 79), 7-Luke Montebello (63-Jonny 63), 9-Elvis Mashike Sukisa (35-Igor Nedeljkovic 73), 10-Dodo (3-Bruno Ederson Domingos 73), 12-Roko Prsa, 14-Rodrigo Callegari Torre, 22-Moussa Balle Sowe, 27-Ognjan Bjelicic, 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli (17-Vinicius Freitas 79)  – Coach: Branko Nisevic

PARTIZAN B.: 41-Aleksandar Popovic, 4-Sinisa Sanicanin, 5-Igor Vujacic, 6-Svetozar Markovic, 7-Patrick Andrade, 9-Queensy Menig (40-Kristijan Belic 69), 11-Ricardo Gomes, 15-Ljubomir Fejsa, 17-Marko Zvkovic, 18-Foussein Diabata (10-Bibras Natcho 74), 72-Slobodan Urosevic (12-Zlatan Sehic 79)  – Coach: Gordan Petric

REFEREE: Jakob Kehlet (Danimarka)

ASS. REFEREES: Lars Hummelgaard, Victor Skytte (Da­nimarka)

RABA’ UFF: Mortan Krogh (Danimarka)

SKORERS: R. Prsa 27, V. Freitas pen. 81, M. Fedele pen. 90 (H), R. Gomes 34, 78, S. Urosevic 72 (P)

AMMONITI: M. Balle Sowe, R. Callegari Torre, I. Nedelkovic (H), M. Zvkovic, K. Belic, B. Natcho (P)

Sport