Saturday, January 4, 2025

ĠEREMIJI

Aqra wkoll

Ma nieqafx nistagħġeb kif ċerti nies jaħsbu li qed ikollhom xi impatt billi sempliċement jibqgħu jirrepetu ilmenti kontra l-gvern Laburista. Ovvja li jkollhom aġenda ta’ kritika bla waqfien kontra l-gvern. Għandhom kull dritt personali li jmexxuha. Li jiskantani hu kif jaħsbu li dan hu mod effettiv kif tattakka l-gvern.

Jintqal li dit-tip ta’ espressjoni hi meħtieġa biex iżżomm fil-korsa lis-segwaċi fidili (jew hardcore kif drajna nsjeħulhom) tal-partit li jkun. Forsi. Biss, niddubita kemm dawn se jkollhom bżonn wisq tqanqil, aktar u aktar fis-sura ta’ liturġija repetittiva.  

Fil-fatt, l-istess argumenti, l-istess artikli, l-istess eżortazzjonijiet fuq l-internet u ma nafx fejn aktar, jispiċċaw jinstemgħu bħala ħobż mimgħud; jew agħar, bħala t-tgedwid ta’ anzjani li m’għandhomx aħjar x’jagħmlu ħlief jibku s-saltna mitlufa tal-PN. Niddubita kemm b’li jgħidu u jiktbu se jkunu qed jattiraw votanti ġodda lejn il-partit tagħhom. Veru li ta’ spiss, l-istess tmexxija ta’ dak il-partit donnha qed tagħmel l-istess għażla.

L-OCCRP

Kurjuża kif indifnet jew ġie devjata l-istorja dwar l-OCCRP: l-Organized Crime and Corruption Reporting Project, li matul l-aħħar snin, ġie preżentat bħala koperattiva ta’ ġurnalisti mad-dinja li qed jaħdmu flimkien biex jiżvelaw ħidmiet korrotti – għan nobbli, bla dubju. Matul is-snin, l-OCCRP skoprew ħafna stejjer dwar min kien qed jagħmel xiex.

Imma issa ġie żvelat dwarhom li talanqas nofs il-baġit tagħhom ħiereġ minn fonti tal-gvern Amerikan; li ma jistgħux jindagaw każi dwar ċittadini Amerikani u li jridu jiffokaw fuq ċerti pajjiżi l-aktar; li nofs id-diretturi tal-proġett jintgħażlu minn rappreżentanti tal-gvern Amerikan.

Interessanti r-reazzjoni tal-mexxejjta tal-“proġett”: Kull ma żvelajna kien minnu! Grazzi, imma din x’imparzjalità ġurnalistika hi li tiffoka biss fuq naħa  waħda tad-dinja? Kull servizz sigriet jagħmel dan, bla ma jippublika xi jsib.

INDĦIL

Meta naqra dwar l-akkużi li jsiru fl-Ewropa dwar indħil minn barra fosthom u fil-proċessi demokratiċi tal-pajjizi, ma nistax ma niftakarx kif dan is-suġġett kien materja għal ħafna kontroversji fis-snin sebgħin u tmenin tas-seklu l-ieħor. Il-gvern Laburista ta’ dak iż-żmien kien qam kontra l-finanzjament tal-PN minn sorsi demokristjani Ewropej u l-preżenza ta’ politikanti ewelnin f’manifestazzjonijiet tal-PN f’Malta.

Fil-fatt b’dawn l-interventi, il-mezzi ta’ dak iż-żmien kienu qed jintużaw biex jaffettwaw l-opinjoni publika f’Malta. F’ħafna mill-każi li llum qed jitqanqlu mill-Ewropej, nara li qed isir l-istess fosthom illum, bil-mezzi tal-lum. Imma donnu hemm regola li tgħid: dak li tagħmel int, hu tajjeb, tagħmlu kif tagħmlu; biss jekk tagħmlu n-naħa l-oħra, le, dak mhux tajjeb!! Affarijiet tad-daħk!

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport