Tuesday, December 24, 2024

Ġermaniż jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li stupra lil bintu ta’ 9 snin

Aqra wkoll

Ġermaniż ta’ 49 sena inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li stupra lil bintu li għandha disa’ snin.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li nhar il-Ħamis li għadda, oħt l-allegata vittma, ta’ seba’ snin, kienet fil-klassi u qalet li trid toqtol lilha nnifisha minħabba xena kerha li rat id-dar.

Meta ġiet mitkellma mill-professsjonisti fl-iskola fejn tattendi, hija spjegatilhom li fil-jiem ta’ qabel kienet rat lil missierha jabbuża sesswalment minn oħtha u spjegat li dawn kienu bla ħwejjeġ.

L-allegata vittma li ukoll ġiet mitkellma mill-professjonisti fl-iskola li tattendii spjegat li missierha stupraha fi tliet okkażjonijiet differenti.

Fil-Qorti, il-Ġermaniż lii smu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti sabex tiġi protetta l-vittma, ġie akkużat li wettaq atti sesswali mingħajr kunsens u li gaħmel dan ma’ minuri.

Huwa weġeb mhuwiex ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bid-Difiża ma’ tagħmel ebda talba għall-ħelsien mill-arrest. Kien għalhekk li l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Anne Marie Take ordnat sabiex l-akkużat jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Ekonomija

Sport