Sunday, November 10, 2024

Ġermaniża tweġġa’ gravi wara li ttajret f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Mara kellha tiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7:30 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq San Anard f’Ħaż-Żabbar.

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li mara Ġermaniża ta’ 29 sena kienet intlaqtet minn Honda Fit li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 59 sena residenti l-Mosta. 

Il-Ġermaniża ngħatat l-għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fil-post sakemm setgħet tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport