Gervonta Davis reġa’ kiseb il-qawwa tan-knockout u żamm it-titlu tiegħu tal-lightweight wara li għeleb lil Rolando Romero fis-sitt round.
Davis waqqa’ lil Romero ‘l quddiem fil-ħbula, b’dan tal-aħħar jitħabat u jqum iżda deher mhux f’sikktu tul il-kumplament tal-ġlieda u r-referee David Fields temm il-ġlieda.
Davis deher li weġġa’ idu x-xellugija waqt punch fil-ħames round, iżda kien b’saħħtu biżżejjed biex ikompli u jirbaħ il-ġlieda.
Din kienet l-ewwel telfa għal Romero fi 15-il ġlieda professjonali.