Il-club Spanjol ta’ CF Getafe se jkun qed jippreżenta protest quddiem il-federazzjoni tal-futbol Spanjola wara li skont huma seħħet irregolarita’ waqt il-partita minn La Liga kontra Real Madrid fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Getafe qed isostnu li l-kowċ ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti kien se jbiddel lil Marco Asensio minflok Alvaro Odrionzola iżda fl-aħħar mument reġa’ bdielu anke minħabba li weġġa’ Eduardo Camavinga li kien hu li ħalla l-grawnd.
Madankollu Getafe qalu li inizjalment Odrionzola daħal ftit fil-grawnd, xi ħaġa li ma kellux jagħmilha.
Real Madrid rebħu din il-logħba 1-0 b’gowl ta’ Asensio.