Wednesday, December 25, 2024

Għada dimostrazzjoni oħra biex il-Gvern “ma jkomplix jiddiskrimina kontra persuni li ma jridux jitlaqqmu”

Aqra wkoll

Għada, 9 ta’ Jannar fit-3:00 p.m. il-Freedom Movement ser ikun qed jerġa’ jorganizza dimostrazzjoni oħra biex il-Gvern, fi kliemhom, “ma jkomplix jiddiskrimina kontra persuni li ma jridux jitlaqqmu kontra l-COVID-19.”

Id-dimostrazzjoni tibda b’mixja minn quddiem il-bini tal-Parlament ta’ Malta sat-toroq ewlenin fiċ-ċentru tal-Belt Valletta u tintemm lura lejn il-bini tal-Parlament Malti. Wara, ikun hemm nies fi ħdan il-Freedom Movement li jagħmlu l-interventi tagħhom.

Ekonomija

Sport