Wednesday, April 24, 2024

Aktar minn 30,000 platt sħun u b’imħabba ippreparat mis-Soup Kitchen fil-Valletta f’erba’ xhur

Aqra wkoll

Fil-25 ta’ Awwissu tas-sena preċedenti, fetħet il-bibieb tagħha s-Soup Kitchen fil-Belt Valletta. F’erba’ xhur, din il-kċina serviet aktar minn 30,000 platt sħun u b’imħabba lil 8,600 individwu li ma setax ikollhom platt sħun fuq mejda.

Skont statistika li ppubblikat din il-kċina stess, 65% ta’ dawk li għamlu użu mis-Soup Kitchen huma rġiel filwaqt li l-kumplament huma nisa u għaxart itfal. L-istatistika tgħid ukoll li 91% ta’ dawk li żaru l-kċina huma Maltin bil-kumplament ikunu barranin.

Il-kċina rnexxielha tipprepara dawn l-eluf ta’ platti permezz ta’ 75 voluntier, żewġ ħaddiema li jaħdmu fuq bażi ta’ fultajm u persuna oħra li taħdem fuq bażi partajm. Dawn in-nies, irnexxielhom jippreparaw 25,800 ikla għal nofsinhar u 5,700 ikla għal filghaxija, b’nefqa totali ta’ €172,000.

Is-Soup Kitchen hija mmexxiha mill-Patrijiet Franġiskani u toffri servizzi oħrajn ta’ barbiera, ta’ psikjatri u ta’ sapport legali.

Sport