Tuesday, April 23, 2024

“Fil-ħajja għandek tkun inklussiv u tifhem lil kulħadd anke fl-aktar mumenti diffiċli”

Aqra wkoll

“Li tiddedika ħajtek għall-Istat u għall-bandiera mhux faċli iżda ta’ sodisfazzjon”

“Li tkun lest li tiddedika ħajtek għall-Istat u għall-bandiera li twilidt taħtha mhux faċli iżda hija ta’ sodisfazzjon.” Hekk kiteb fuq is-sit soċjali ta’ Facebook Ragnar Ciantar, żagħżugħ li huwa eks-suldat fl-armata ta’ Malta.

Fil-messaġġ tiegħu, Ciantar kiteb li biex wasal fejn kellu jasal, “ta’ etá żgħira nkun l-iżgħar Drill Instructor fl-Armata” kelli jbati mhux ftit, kemm fiżikament u anke mentalment. Huwa żied jgħid li x-xogħol ta’ suldat “itik ċertu sodisfazzjon li ftit hawn xogħolijiet li jistgħu jtuk.”

Ciantar ma ċaħadx, li l-uniformi li tilbes ta’ kuljum iġġib magħha piż kbir fuq spallejn dawk li għandhom il-privileġġ li jilbsuha. Iżda, saħaq Ciantar, il-lezzjonijiet tal-ħajja li ħa hu klien bil-wisq akbar mill-piż li ġġib magħha l-uniformi.

Ragnar Ciantar ikkonkluda jgħid li fil-ħajja ħadd u qatt mgħandek tiġġudika lil persuni oħrajn, għaliex ma tkunx taf minn xix ikunu għaddejjin minn wara l-kwinti. “Għandek tkun inklussiv kemm tista’, u li tipprova tifhem lil kulħadd, anke fl-iktar mumenti diffiċli. Dan bqajt inħaddnu f’ħajti sal-ġurnata tal-lum u li ħa nibqa’ nagħmilha għal ħajti kollha,” temm il-messaġġ tiegħu Ciantar.

Sport