Għada filgħodu mistennija tinfetaħ il-mina ġdida ta’ Mrieħel Underpass Project.
Infrustructure Malta qiegħda tħeġġeġ lis-sewwieqa biex jgħaddu minn din il-mina fi triqthom minn Triq l-Imdina Ħ’Attard lejn il-Bypass tal-Imrieħel.
Fil-ġimgħat li ġejjin se tkun qiegħda tinfetaħ konnessjoni oħra diretta fid-direzzjoni opposta minn Triq l-Imdina, Birkirkara lejn Ħ’Attard Ħal Balzan.
Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Infrastruttura Aaron Farrugia rringrazzja lill-ħaddiema kollha involuti tax-xogħol tagħhom biex dan il-proġett seta’ jitwettaq.