Tuesday, May 14, 2024

Balzan jikkonvinċu u jegħlbu lil Pietá H.

Aqra wkoll

Pietá H… 2

Balzan… 3 

Pietá H: 12-Dele Sunday Alampasu, 2-Samuel Okoh, 3-Clinton Bangura (10-Paul Lapira 87), 5-Ojo Tenitope Abraham (90-Ange Aboa Belibi 87), 7-Jake Ghio (17-Kurt Briffa 76), 9-Latif Amadou Abedel, 11-Alan David Schembri Wismayer (4-Sheldon Mizzi 88), 22-Zean Leonardi, 24-Atanda Ganiu Ogungbe, 77-Amadou Sekou Camara, 99-Takuma Yamaguchi Coach: Rodney Bugeja

Balzan: 1-Rudy Briffa, 2-Ivan Bozovic, 5-Samir Arab, 8-Paul Fenech, 18-Uros Ljubomirac (44-Adam Bradshaw 89), 19-Milos Zlatovic, 20-Sueiman Jalu (6-Marcus Grima 58), 21-Alex Satariano, 24-Nikola Braunovic (7-Bogdan Mladenovic 58), 27-Momcilo Raso, 86-Bojan Kaljevic (33-Matheus Sousa 76) Coach: Oliver Spiteri 

Referee: Daniel Casha

Ass. Referees: Edward Spiteri, Thomas Debono

Raba’ Uffiċjal: Glen Tonna

Skorers: R. Momcilo 22, A. Satariano 54, B. Kaljevic 56 (B), T. Yamaguchi 50, Y. Morita 60

Ammoniti: J. Ghio, Z. Leonardi (P), I. Bozovic (B)

Player tal-Logħba: Bojan Kaljevic (B)

F’partita li rreġistrat xejn inqas minn ħames goals, Balzan ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu l-isfida ta’ Pietá Hotspurs bl-iskor ta’ 3-2. 

Balzan fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fit-22 minuta meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Jalu Suleiman, MOMCILO RASO kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ l-ballun fix-xibka. 

Huma komplew fuq l-offensiva u man-nofsiegħa logħob, Bojan Kaljevic, kellu xutt ċentrali minn ġol-kaxxa li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Pietá Hotspurs, Dele Sunday Alamasu.

Sitt minuti biss wara Suleman Jalu għal Balzan minn pożizzjoni ideali spara għoli.

Pietá wieġbu għall-ewwel darba fis-37 minuta permezz ta’ xutt mid-distanza tal-Ġappuniż Takuma Yamaguchi li ġie mdawwar f’corner bi bravura mill-goalkeeper ta’ Balzan, Rudy Briffa.

Balzan reġgħu ħolqu l-periklu fit-42 minuta meta l-ex player ta’ Frosinone Alex Satariono minn pożizzjoni ferm ideali tefa’ inkredibbilmemt għoli.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Balzan komplew bl-istess ritmu tal-ewwel waħda u fid-49 minuta, Uros Ljubomirac, kellu xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa li għadda ftit barra. 

It-team immexxi mill-coach Rodney Bugeja ġab l-iskor indaqs fil-50 minuta meta wara li kien hemm cross ta’ Schembri Wismayer, il-goalkeeper żagħżugħ ta’ Balzan Rudy Briffa kellu ħarġa erratika li minnha approfitta bis-sħiħ TAKUMA YAMAGUCHI li dar tajjeb ma’ Briffa u tefa’ l-ballun f’lasta vojta.

Izda Pietá bilkemm kellhom ċans jifirħu għal dan il-goal li erba’ minuti wara Balzan ma reġgħux qalbu l-iskor favurihom meta ALEX SATARIANO permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fix-xibka, biex b’hekk patta għall-iżball li wettaq lejn tmiem l-ewwel taqsima.

Żewġ minuti biss wara Balzan fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals meta Milos Zlatkovic għadda tajjeb lejn BOJAN KALJEVIC li mill-viċin tefa’ ġewwa.

Il-partita kompliet tisbieħ u fis-60 minuta, Pietá rnexxielhom jerġgħu isibu x-xibka meta Atanda Ogungbe Ganiu għadda tajjeb lejn is-sostitut YUTO ORITA li minn taħt il-lasta tefa’ l-ballun fix-xibka.

Tmien minuti wara Bojan Kaljevic għal Balzan kellu freekick insidjuż li stampa mal-mimduda, bi Pietá jeħilsuha ħafif.

Sport