Saturday, December 28, 2024

Għada jingħata bidu għall-Malta Fireworks Special fil-gżira Għawdxija

Aqra wkoll

Matul ix-xahar ta’ Settembru se jirritorna l-Malta Fireworks Festival li permezz tiegħu kmamar u għaqdiet tan-nar minn madwar Malta u Għawdex ser ikollhom l-opportunità jtellgħu dan l-ispettaklu kulturali. Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministri Clint Camilleri u Clayton Bartolo.

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo spjega li dan il-festival tan-nar ser jibda fl-4 ta’ Settembru minn Għawdex, ikompli fid-9 ta’ Settembru fl-Imqabba, fil-11 ta’ Settembru fil-Mellieħa u jispiċċa bil-kbir nhar l-20 ta’ Settembru fil-Port il-Kbir.

“Ninsabu ħerqana biex naraw iżjed attivitajiet ta’ din l-għamla wara 18-il xahar ta’ sagriffiċji kontinwi. Madanakollu, irridu nibqgħu reżiljenti u responsabbli sabiex dawn l-attivitajiet jibqgħu għaddejjin b’mod sostenibbli,” kompla jgħid il-Ministru Clayton Bartolo.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri wera sodisfazzjon li dan il-festival mifrux fuq erbat ijiem se jibda mill-gżira Għawdxija, proprju fix-Xagħra. Qal li, “Dan l-ispettaklu jattira ħafna viżitaturi lejn Għawdex. Din id-darba nħeġġeġ lin-nies sabiex iħarsu r-restrizzjonijiet tal-COVID-19.”

Huwa temm billi rringrazzja lill-Ministru Clayton Bartolo, lill-MTA kif ukoll lil dawk kollha li qegħdin jaħdmu biex din l-attività tkun suċċess.

Ekonomija

Sport