Thursday, January 29, 2026

“Għada se niġi Malta”

- Is-sieħba ta’ Robert Lawniczak, raġel Pollakk, residenti Għawdex li ilu ma jidher minn nhar it-Tnejn li għadda titkellem ma’ Talk News.

Aqra wkoll

Is-sieħba ta’ Robert Lawniczak f’kuntatt li għamlet ma’ dan is-sit qaltilna li “qalbi tinsab maqsuma… ma nafx Robert x’sar minnu… Bgħatli messaġġ fis-6.30pm tat-Tnejn u qalli għada (t-tlieta) kien niżel Malta.” Dan kien l-aħħar messaġġ li Robert li għandu 57 sena bagħat lis-sieħeba tiegħu.

Tgħidilna li hi kienet fl-appartment tagħha f’Malta filwaqt li hu kien qiegħed Għawdex. Qaltilna li t-Tlieta kellu jwassal il-karozza lill-kollega tiegħu f’Malta, “iżda Robert baqa’ qatt ma wasal”.

Fil-kuntatt li kellna mas-sieħba qaltilna li Robert kien iħobb imur mixjiet twal, “iżda dejjem mar bil-kelb, u dakinhar il-kelb kien miegħi Malta.”

Is-sieħba tgħid li telgħet Għawdex u marret fl-appartament, iżda lanqas kien hemm allura marret tagħmel rapport l-għassa. Ma’ Talk News tgħid li Robert ħalla l-appartament daqslikieku kien se joħroġ għal ftit u jerġa’ jidħol lura. Tgħidilna li marru uffiċjali tal-Pulizija fl-appartament fejn bdew l-investigazzjonijiet.

Min-naħa tagħna żammejna kuntatt mas-sieħba tiegħu u kull aġġornament li jista’ jkun hemm se nkunu qegħdin inwassluh.

Appell wieħed… jekk xi ħadd ra lil Robert għandu jagħmel kuntatt mill-ewwel mal-Pulizija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport