Friday, November 15, 2024

Għada ser issir il-Fun Run tal-President

Aqra wkoll

Għada ser issir The President’s Solidarity Fun Run.

It-tluq se jkun għall-ħabta tad-09.30am u bejn is-07:00am u d-08:45am se jkun hemm trasport bla ħlas minn fejn iż-żona tal-Biskuttin, il-Furjana, għall-erba’ lokalitajiet minn fejn se tibda l-mixja jew il-ġirja.

Il-Fun Run tal-President kellha ssir fl-20 ta’ Novembru li għadda, iżda kienet ġiet posposta minħabba l-maltemp li kien mbassar fuq il-gżejjer Maltin.

Ir-reġistrazzjonijiet ta’ €10 komplew jintlaqgħu mill-kunsilli lokali kollha, mill-kumplessi ta’ SportMalta f’Ħal Kirkop, fil-Kottonera u l-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq, The President’s Kitchen Garden, il-Palazz ta’ Sant’Anton u l-uffiċċji ta’ The Malta Community Chest Fund fil-Belt u fir-Rabat, Għawdex. Kull min jirreġistra se jirċievi t-shirt uffiċjali ta’ The President’s Solidarity Fun Run li se ssir b’mixja minn Raħal Ġdid, Santa Venera u Tal-Qroqq jew b’ġirja mir-Rabat sa Pjazza San Ġorġ, il-Belt.

Kull min se jkun liebes it-t-shirt uffiċjali, se jkun jista’ juża t-trasport pubbliku bla ħlas (anke mingħajr Tal-Linja card).

Ekonomija

Sport