Monday, May 20, 2024

Tista’ tibda tivvota għal Malta fil-JESC

Aqra wkoll

Matul il-jum tal-ġimgħa l-ambaxxatriċi Maltija fil-Junior Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, Gaia Gambuzza tat żewġ prestazzjonijiet bi provi eċċezzjonali, tal-kanzunetta ‘Diamonds In the Skies’ fil-kapitali tal-Armenja, Yerevan. 

Min issa, il-pubbliku jista jibda jivvota online u jista jivvota għal Malta fil-Junior Eurovision Song Contest li se jitella’ għada, l-Ħadd. 

Biex tivvota tista’ tidħol issa fis-sit jesc.tv, tisma silta minn kull kanzunetta, u wara tista tivvota għal 3 pajjiżi fosthom Malta. Il-votazzjoni tagħlaq nhar il-Ħadd qabel tibda is-serata u tiftaħ għal ftit minuti eżatt kif jiġu interpretati l-kanzunetti kollha.

Il-finali tal-20 edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest se tittella’ l-Ħadd li ġej fl-4pm u se tixxandar b’mod dirett fuq TVM.

Sport