Sunday, May 19, 2024

Għadd kbir ta’ xarabanks bir-refuġjati jintlemħu f’Zaporizhzhia

Aqra wkoll

Fuq il-midja soċjali qed jintlemħu filmati tal-Ukreni li rnexxielhom jaslu f’Zaporizhzhia. Dawn l-individwi qattgħu ‘l fuq minn 60 ġurnata assedjati fl-impjant tal-azzar ta’ Azovstal.

Grupp ta’ xarabanks bojod wasslu għadd ta’ nies f’Zaporizhzhia minn Azovstal, fosthom familji, anzjani u tfal. Uħud minn dawn ir-refuġjati tant dehru emozzjati malli waslu f’Zaporizhzhia li bdew jimsħu d-dmugħ li kien qed iċarċar minn għajnejnhom.

Ħaddiema tas-Salib l-Aħmar kienu fost dawk li assistew lir-refuġjati f’Zaporizhzhia. Raġel anzjan ingħata l-għajnuna meħtieġa mingħandhom sabiex ikun jista’ jinżel mix-xarabank għal fuq il-wheelchair.

Sport