Monday, December 9, 2024

Għadd ta’ partijiet interessati fl-ishma indiretti tal-HSBC 

Aqra wkoll

L-HSBC Bank Malta p.l.c. ħabbar il-bieraħ filgħodu li ġie nfurmat mill-azzjonist maġġoritarju tiegħu, l-HSBC Continental Europe, illi l-kumpanija HSBC Holdings ġiet kkuntattjat minn numru ta’ partijiet li esprimew interess fis-sehem tagħha fil-Bank u talbu biex iwettqu d-diliġenza dovuta qabel ma jikkonfermaw l-interess tagħhom.

F’dan ir-rigward, l-HSBC Continental Europe talab lill-Bank biex ifittex l-awtorizzazzjoni mill-azzjonisti tiegħu biex ikun jista jipprovdi u jiżvela informazzjoni, inkluża informazzjoni mhux ippubblikata sensittiva għall-proċess lil offerenti bona fide.

Għal tali għan, il-Bank qal li skond dak li jesiġu r-Regoli tas-Swieq Kapitali, se jsejjaħ laqgħa ġenerali straordinarja, iżda ma qalx meta din għandha ssir. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport