Kienu bosta dawk li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet laqgħu l-istedina biex jixtru mill-kiosk li ntrama quddiem il-ħabs.
Din l-attività li ssir matul ir-Randan, tagħti l-opportunità lill-pubbliku sabiex jakkwista dawn prodotti ġenwini marbuta maż-żmien tal-Għid il-Kbir.
Fost l-ikel tradizzjonali kien hemm figolli u qagħaq tal-appostli maħduma mill-priġunieri tal-ħabs.