Saturday, December 21, 2024

Għadd ta’ Ukreni qegħdin jiġu deportati bil-forza lejn ir-Russja

Aqra wkoll

Minn meta bdiet il-gwerra xahrejn ilu, iktar minn 400,000 ċittadin Ukren it­tieħdu bil-forza lejn ir-Rus­s­ja. Dan qalitu l-ombudswoman Lyudmila Denisova f’kummenti ma’ Euronews. 

Denisova, li għandha r-responsabbiltà li tinvestiga l-ksur tad-drittijiet umani allegatament imwettqa mir-Russi fl-Ukrajna, qalet li pajjiżha qiegħed jiġbor evidenza ta’ delitti tal-gwerra li wettqet ir-Russja. Meta kienet ġewwa Brussell biex tiddiskuti l-attroċitajiet li qed iseħħu ġewwa l-Ukrajna, hija qalet li għadd ta’ ċittadini qed jiġu sfurzati jitilqu lejn ir-Russja. 

Skont Denisova, numru kbir ta’ ċittadini Ukreni qed jiġu deportati lejn ir-Russja kontra r-rieda tagħhom. L-ewwel dawn jittieħdu f’kamp ġewwa r-reġjun ta’ Donetsk u mbagħad jittieħdu lejn ir-Russja b’karozzi tal-linja. Wara, permezz ta’ ferroviji, dawn jitqassmu f’postijiet diversi madwar ir-Russja fosthom anke f’reġjuni bħal Sakhalin li hija ddeskriviet­hom bħala “dipressivi”.

Ekonomija

Sport