Tuesday, April 16, 2024

Għaddas jittella’ mill-baħar fiċ-Ċirkewwa wara li sab ruħu f’diffikultà

Aqra wkoll

Għaddas li kien qed jogħdos flimkien ma’ sħabu fiċ-Ċirkewwa kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex biex jiddaħħal fid-decompression chamber.

Kien ftit tal-ħin ilu li l-Forzi Armati kellhom joħorġu mill-Port tal-Imġarr bil-Patrol boat biex jassistu f’operazzjoni ta’ salvataġġ hekk kif wieħed mill-għaddasa tela’ ’l fuq lejn wiċċ il-baħar f’daqqa u sab ruħu f’diffikutà.

Fil-Port tal-Imġarr sab tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li mill-ewwel tawh l-ewwel għajnuna.

Jidher li l-kundizzjoni tal-għaddas hija waħda stabbli u mhux fil-periklu tal-mewt.

Ekonomija

Sport