Wednesday, April 24, 2024

Għaddej studju li għandu jwassal għal pjan strateġiku għad-distretti tal-Pulizija

Aqra wkoll

Fl-Istrateġija għat-Trasformazzjoni tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta 2020-2025, wieħed mill-għanijiet jispeċifika li l-Korp irid joħroġ b’workforce plan. Dan il-pjan jirrikjedi proċess ta’ diversi stadji ta’ preparazzjoni iżda l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija hija fis-seħħ tant li bħalissa diġà għaddej studju li għandu jwassal għal pjan strateġiku li jinvolvi b’mod partikolari d-distretti.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri fejn f’risposta li ta għal mistoqsija parlamentari spjega li, “in-natura tal-ħtigijiet tal-Korp tal-Pulizja hija waħda ferm dinamika, li xi drabi anke titqies staġjonali fejn is-sitwazzjonijiet u ċ-ċirkostanzi jistgħu jiddettaw ħtiġijiet differenti min-normal, kif ukoll minn ħin għall-ieħor”. 

Huwa qal dan fid-dawl li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 6), huwa li jiġi żviluppat workforce plan fejn jiġi allokat in-numru tal-pulizija meħtieġ f’kull qasam fil-Korp.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Camilleri qal li f’kuntest ġenerali, il-Korp għandu qafas tal-kompożizzjoni adegwata tad-diversi dipartimenti fi ħdanu u abbażi tagħhom jabbozza l-pjanijiet tar-rizorsi umani tiegħu. Dan japplika l-aktar għad-dipartimenti speċjalizzati fi ħdan il-Korp tagħna.

Sport