Sunday, May 5, 2024

Cristiano Ronaldo viċin li jilħaq ftehim biex imur jilgħab fl-Arabja Sawdija għal €175 miljun fis-sena

Aqra wkoll

Skond rapporti, Cristiano Ronaldo laħaq ftehim mal-club Al Nassr tal-Arabja Sawdija b’kuntratt ta’ tliet snin li fihom se jaqla’ €175 miljun fis-sena. 

Il-player ta’ 37 sena kellu l-kuntratt tiegħu ta’ Manchester United mitmum aktar kmieni dan ix-xahar, wara li nkisret ir-relazzjoni ta’ bejniethom wara l-intervista li ta lil Piers Morgan li fiha attakka lill-club, lis-sidien, lill-coach, lill-players żgħażagħ u saħansitra eks-players. 

Barra minn hekk, fis-sajf li għadda l-attakkant internazzjonali Portugiż wera x-xewqa biex jitlaq minn Old Trafford u jingħaqad ma’ team li kien qed jilgħab fil-UEFA Champions League.

L-eks stilla ta’ Real Madrid irrifjuta bidla għall-Għarabja fis-sajf li għadda, iżda mingħajr ebda interess sod mill-klabbs elite Ewropej, jidher lest li jagħmel il-pass issa.

Al-Nassr huma wieħed mill-aktar clubs li rebaħ suċċessi fl-Arabja Sawdija. 

Sport